L-ANZACS U MALTA
L-EWWEL GWERRA
DINJIJA 1915-2015
Kull sena – fil 25 t’April – l-Awstralja, New Zealand, Malta u hafna pajjizi ohra jikkomemoraw JUM l-ANZAC, l-anniversarjumindu suldati Awstraljani u minn New Zealand inqatlu bl-eluf fil-battalja ta’Gallipoli fit-Turkija fil-1915.
It-truppiInglizi, Awstraljani, Francizi u dawk ta’ New Zealand fil-ghodwa tal-25 t’Aprilillandjaw fil-bajja ta’ Gallipoli u l-bicca kbira minnhom jew gew maqtula jewmidruba mis-suldati torok li kienu fuq il-quccata tal-gholja quddiemil-kosta.
Malta hadetsehem f’din t-tragedja ghax hija serviet ta’ kenn u ghajnuna ghal dawkis-suldati li ndarbu gewwa Gallipoli. Minn kważi 58,000 suldat li ndarab jew limarad fil-kampanja tad-Dardanelli, eluf ta’ suldati Awstraljani u minn NewZealand kienu evakwati lejn Malta għall-kura medika. U b’hekk l-istorja tfakkarli Malta giet imlaqqma bħala ‘In-ners tal-Mediterran’. Madwar 229 Awstraljan u79 suldat minn New Zealand, spiċċaw biex mietu u ndifnu f’oqbra fil-gzira ckejknaMaltija.
Ic-cimiterjili fihom jinsabu l-fdalijiet ta dawn is-suldati Awstraljani U MINN New Zealnd huma c-Cimiterju tal-Addolorata gor-Rahal Gdid, ic-Cimiterju tal-Pieta’ uc-Cimiterju tal-Kappucini fil-Furjana.
Kienl-ewwel Malti li gie maqtul flimkien l-ANZACS f’Gallipoli - CharlesBonvaia. Huwa twieled il-Belt Valletta fis-sena 1888. Missieru,Emmanuel, kien registrar fil-Qorti ta’ Malta u n-nannu tieghu, Tumas,sahansitra spicca biex sar Kurunell tar-Royal Malta Fencible Aliterry.
Charles Bonaviakien gie iggradwat bhala perit mill-Universita’ ta’ Malta qabel ma emigraghall-Awstralja fl-1911. Bonavia ingagga fil-11th Battalion 3rdInfantry Brigade u minn Fremantle salpa ghall-Egittu fil-1914 biex ma shabusuldati l-Awstralhani jitqabdu fil-battalja kontra l-ghadu eluf ta milil-boghod fit-Turkija.
Fit-8t’April 1915 Charles kiteb ittra waqt il-vjagg tieghu lejn id-Dardanelles(it-Turkija) fejn qal lill-familja tieghu f’Malta li huwa jinsabf’sahhtu. Din kienet l-ahhar ittra tieghu qabel ma gie maqtulf’Gallipoli. Bonavia kien wiehed minn ta’ l-ewwel li gie maqtul waqt dinil-kiefra battalja u l-katavru tieghu qatt ma nstab. L-isem ta’ CharlesEmmanuel Bonavia huwa minqux fil-Monument tal-Gwerra gewwa Canberra kifukoll fic-cimiterju ta’ Lone Pine fejn hemm midfunin 986 ruh – 471 suldatiAwstraljani, 2 minn New Zealand 14 Inglizi u 499 suldati ohra midfunin go qobraminghajr isem.
Malti iehorli li ismu jibqa mnizzel fil-Helles Memorial fuq ix-xaqliba ta’ Dardanelleshuwa dak tal-Maggur Herbert Sammut li waqt waqt il-battalja fuq dik l-inhawitad-dinja halla hajtu u ismu huwa wkoll mnaqqx fil-monument tal-Gwerra gewwa Canberra,l-Awstralja.
Fil-peninsula ta’Gallipoli hemm 31 cimiterju li fihom hemm 22,000 oqbra. Il-fdalijiet ta’9000 suldat gew misjuba imma 13 000 minhhom qatt ma nstabu. Hafnaemigranti Maltin li gew l-Awstralja fil-bidu tas-seklu ghoxrin kienu uhudmill-midrubin go Gallipoli. Kien hemm iktar minn 800 haddiema li kienu tahtil-kmand ta ufficjali Maltin. Suldat ta’ 27 sena, GiuseppeCamilleri, kien wiehed li halla hajtu f’Gallipoli u gie midfun vicin il-bajjahdejn ic-cimterju ta’ Ari Barnu vicin ANZAC COVE. ( 9 Qabar numru 4,filliera J).
Kull sena, proprjufil-25 t’April gewwa fil-gzira ta’ Malta ssir cerimonja ghad unur tal-ANZACquddiem il-Monument tal-Gwerra l-Belt Valletta u ic-cimtrju ta’ Braxia, Pieta. Ghaliha jattendu l-President u l-PrimMiinistru ta’ Malta, Il-Kap tal-Oppozizzjoni, il-kummissarju Gholi Awstraljan ubosta dinjitarji ohra li jpoggi l-kuruni f’riglejn il-monument.Kienet aħbarsabiħa meta sirna nafu li l-monument tal-ANZAC li Kumitat tal-Malta AnzacMemorial, that ic-chairmanship tas-Sur Nicholas Bonello, waslu biex jibnumonument li jikkomemora ANZACS li mietu u gew midfunin f’Malta. Danil-monument li gie mtella fil-gnien tal-Argotti, il-Furjana għandu jsaħħaħ sewwail-ħbiberija bejn Malta u l-Awstralja. L-istorja tfakkarna fl-ewwel gwerradinjija meta Malta saret l-isptar tal- Mediterrani u kif is-suldatital-allejati kienu jispiċċaw Malta għal kura u mistrieħ qabel ma jirritornawlura lejn il-battalja jew pajjizhom.
Ghal dinl-okkazjoni il-Fergha Maltija tal-RSL tas-South Australia hadet inizjattiva u talbetil-Gvern Awstraljan biex jissusidja z-zewg progetti taghhom, L-ewwel progett huwa biex plakka fil-gnejnabotanika ta’ Prospect bl-ismijiet ta 18-il sudat mis-South Australia li humamidfunin f’Malta. It-tieni progett huwa ktieb kommemorativ bit-titlu ta’ MALTA– THE NURSE OF THE MEDITERRANEAN li gie miktub minn Frank Scicluna. Dan il-ktieb li fieh 150 pagna huwa bil-kuluru fieh riratti, documenti u l-ismijiet kollha tas-suldati Awstraljani u minnNew Zealand li huma midfunin gewwa c-cimiterji ta’ Malta, kif ukoll l-ismijiet tal-isptarijietu c-cimiterji li ghandhom x’jaqsmu mal-ANZACS u l-Ewwel Gwerra Dinjija.